L-istorja ta'l-iScouts fix-Xaghra Mr. Carmel Attard |
|
Il-Ftuh tal-Moviment tal-Iscouts fix-Xaghra : 1933
ll-moviment ta' l-iscouts fix-Xaghra jaf il-bidu tieghu sa mis-sena 1933. Kien propju f’ din s-sena ii x-Xaghra rat il-bidu ta' zewg għaqdiet : dik tal-Azzjoni Kattolika , fergha ta' l-irgiel f’ Jannar u ftit xhur wara, l-Għaqda tal-Boys Scouts, fi zmien Ii Rev. Mawrizju Cauchi kien l-Arcipriet tax-Xaghra.
Waqt Ii l-ewwel laqgha tal-Azzjoni Kattolika nzammet nhar il-11 ta' Jannar 1933, dik tax-Xaghra Boys Scouts saret fil-15 f Ottubru 1933. Sa mis-sena 1932 id-Direttur ta'l-Edukazzjoni ta' dak iz-zmien, Dr.Albert V. Laferla, kien beda jħajjar lis-surmast ta' l-iskola tax-Xagħra, is-sur Frangisk Camilleri, biex iwaqqaf l-Għaqda tal-Boys Scouts fix-Xagħra. Ta' min jgħid Ii din l-Għaqda kienet qed tigi mwaqqfa f’ħafna bliet u rħula f’Malta u f’Għawdex, ix-Xagħra kienet ser tkun minn ta' l-ewwel irħula Għawdxin Ii kien ser ikollhom Għaqda tal-Boys Scouts.
Dak iz-zmien l-iskola tax-Xagħa kienet fejn illum hemm l-lspigoiatrici, fi Triq Għajn Xibla. ls-surmast Camiileri laqqa' t-tfal u wara Ii nfurmahom dwar il-ħsieb tiegħu Ii jiftah l-iScout Group, inkitbu mhux anqas minn 40 tifel, Ii daħlu bħala cubs. Inħietet l-uniformi u hekk beda l-Boys Scouts fix-Xaghra. Waqt Ii l-Group Scout Leader (GSL) kien is-sur Guzeppi Sultana (ta' Lejlina), il-Cub Scout Leader (CSL) kien is-sur Gamri (John Mary)Vella (tai- Poccu). Il-Kurunell Ingliz Worrall, Ii kien stazjonat Malta, beda jigi x-Xaghra kull nhar ta' Hadd, biex igħallem id-drill lill-iScouts tax- Xagħra. Kien joħodhom ħafna ħargiet ukoll, anke sa fuq il-Fosos tal-Floriana.
F'dawk is-snin go Malta kien hemm il-kwistjoni tal-Lingwa, Ii kienet qasmet lill-poplu Maiti fi tnejn. Din il-kwistjoni ħakmet lil Għawdex ukoll, u fil-fatt waqt Ii l-Azzjoni Kattolka kienet favur it-Taljan, dik tal-Boys Scouts kienet favur l-lngliz. Dan għen biex iz-zewg għaqdiet bdew jikkompetu bejniethom min kien l-aktar attiv, kemm f’dawk Ii huma attivitajiet u anke fl-għadd tal-membri.
L-ewwel post fejn kienu jiitaqghu l-Boys Scouts kienet dar fil-bidu ta' Shaft Street. Wara ftit il-Kumitat laħaq ftehim biex jibda juza il-bitħa ta' l-iskola tal-gvem Ii issa kienet tinsab fi Triq it-Tigrija, fejn illum hemm il-flats ta’ Bigeni. Hawn, fil-bitha, kienu jsiru id-drammi wkoll mill-iScouts. Mill-bidu nett insibu lil Dun Alwig Attard u huh il-Kan. Vittorio Attard, it-tnejn Xagħrin, li kienu jaħdmu ħafna fil-Kumitat. Dun Alwig kien missjunarju fl-Algeria u meta rritorna Ghawdex, intefa' b'ruhu w gismu għal ħidma fost iz-zagħzagħ. Kellu dixxiplina kbira u fii-fatt din kienet waħda mir-ragunijiet għaliex għazel li jaħdem ma' l-iscouts. Joseph Sultana (ta' Lejlin) kien l-iScout Master tal-Group, u fl-10 ta' Dicembru 1933, il-Kurunell Percy R. Worrall, bħhala Island Commisioner ta' l-lscouts, kien ipprezenta l-colours, jew il-bnadar tal-group, lix-Xagħra Boys Scout Group, f’ċerimonja ufficjali, li nzammet fil-pjazza tax-Xagħra. Inċidentalment kien l-istess Kurunell Warrell li għin biex il-Pjazza tax-Xaghra tigi asfaltata għax kienet għadha torba. Is-sur Gigi Rapa qalilna li skond is-sur Mikieli Refalo dan l-istess Kurunell tant kien ha ġrazzja ma' l-iscouts tax-Xaghra, li kien offra li jew igib d-dawl elettriku fix-Xaghra jew il-pjazza tax-Xaghra tinkesa bl-asfalt. L-ghazIa kienet dik tat-tieni u r-raguni kienet biex ma jibqax jidhol trab izjed gol-knisja. Dan Gra fil-1935.
Ftit wara, l-iScout Master, s-sur Joseph Sultana kien diga siefer bħala scout, għall-Jamboree ta' l-Ungerija, u aktarx li hu kien l-ewwel scout Ghawdxi li attenda ghal Jamboree. Fil-fatt l-eredi tiegħu għad għandhom bastun li kien gab mieghu milI-Ungerija, bħala tifkira.
Mill-Algerija Dun Alwig gab miegħu film projector 'Pathe Baby 9.5 mm.' u anke ħafna films dwar Charlie Chaplin, Rin Tin Tin, Cowboys u anke Dokumentarji, bhal l-lsbroff tal-Vulkan Etna fuq Catania, il-funeral ta' George Clemenceau, politiku kbir Franciz. Kellu wkoll films dwar stejjer mill-Bibbja bħal Guzeppi Bin Gakobb, il-Passioni ta'Kristu u ħafna oħrajn. Dan il-projector kellu mradd (handle) biex bih idawwar generator zghir u bih imexxi wkoll l-mekkanizmu tal-films li kienu jintwerew, kollha lill-iScouts. Dan fil-fatt kien ta' attrazzjoni kbira anke għall-kbar, meta wieħed iqis li gox-Xagħra ma kienx għad hawn dawl elettriku. Dun Alwig kellu reddiena fuq il-bejt tad-dar tiegħu u din kienet iddawwar generator zgħir li kien jista' jixgħel ftit bozoz fid-dar.
Dak iz-zmien wkoll, gewwa Għajnsielem, kien hemm Fr. Bernard Hersey, patri ta' Giezu li kien iservi fil-Kunvent ta' Sant Antnin f’Għajnsielem, li kien beda jaħdem biex iwaqqaf l-Għajnsielem Sea Scouts. Fil-fatt kien fetaħ club f’numru 10, Fawwara Street. Sa kemm Fr. Hersej gie biex jitlaq minn Ghawdex fl-1939, x'aktarx li hu kien id-Direttur Spiritwali tal-iScouts. Ta' min jgħid li l-iScouts kienu jibsu qalziet qasir u ma tantx kienet ħaga li tinzel tajjeb wisq għal xi qassisin. Kien zmien ieħor! Fr. Bernard kien ighallem lill-iscouts ikantaw ghanjiet sbieh, bhal “The Swannie River” ta' Stephen Foster u kienu jinzammu f’allegrija, specjalment fil-kamp. Kien jinteressa ruħu fl-iScouts kollha u mhux anqas f’dawk tax-Xagħra.Fil-fatt is-sur Joseph Camilleri jgħidilna li ħuh Patri Gorg Camilleri SJ., li kien wieħed mill-ewwel scouts, kien igħallmu jkanta dawn l-ghanjiet melodici.
|
Il-Banda ta' l-iScouts |
Barra in-numru kbir ta membri li kellu, ix-Xagħra Boys Scouts Group seta' jiftaħar li kien l-ewwel Grupp ta' Scouts f Ghawdex, li kellu l-banda tiegħu. Din il-Banda, li kienet numeruza mhux hazin, inħolqot ukoll bl-inizjattiva tas-Sur Frangisk Carniileri u ta' Dr. A. V. Laferla, id-Direttur ta' l-Edukazzjoni. Infatti kien Dr. Laferla li kien sab sett ta' strumenti muzikali 'second hand' u l-prezz mitlub għalihom kien ta' ħa msa u għoxrin lira. Aktarx li din is-somma ħallas għaliha wieħed minn dawn it-tnejn. Din kienet tissejjah il- Banda Ta' I-Iscouts u twaqqfet fl-1934.
L-istrumenti kienu tar-ram, klarinett u percussion (katuba, plattini u tanbur). Dawn kollha jidhru f ritratti ta' dawk iz-zmenijiet. Dan l-lscout Group Band ma kienx 'Percussion Band' imma 'Brass Band'. ls-surmast ta' din il-banda kien Mikiel Farrueia maghruf bħala 'tas-Seba' Soldi', minn Victoria, li aċċetta mill-ewwel meta gie avvicinat biex iwaqqaf Banda ta' l-lscouts. Mikiel Farrugia kien mizzewweg lil Marija, li kienet tigi oħt is-surmast Ganni Vella (ukoll minn Victoria), li kien gie avvicinat biex imexxi l-orkestra ‘San Gwann Bosco’, fi ħdan l-Azzjoni Kattolika tax-Xagħra. Ta' min isemmi, li minħabba l-pika kbira li kienet tezisti bejn l-Azzjoni Kattolika ux-Xaghra Boys Scouts, ftit xhur wara li twaqqfet il-Banda ta' l-lscouts, kienet giet imwaqqqfa Orkestra fi ħdan l-Azzjoni Kattolika.
Il-Banda kienet popolari ħafna u ta' sikwit kienet tkun mistiedna tagħti servizzi fil-festi mhux biss f’Għawdex imma wkoll f’Malta. FI-1936 din il-Banda marret iddoqq fil-festa f’Tas- Sliema - Stella Maris u fl-1939 marret f’San Giljan.
Kif għidna qabel, il-Banda ta' l-lscouts tax-Xaghra kienet ħadet sehem fil-festa ta' San Giljan f’Awissu 1939. Is-sur Guzeppi Camilleri igħidilna li kien mar ma' missieru fuq il-vapur ‘Gollie’ sal-port ta' San Giljan. Jgħidilna wkoll li waqt il-vjagg lura lejn Għawdex, kulħadd kien jitkellem fuq il-gwerra li kienet ser tfaqqa fuq Malta u Għawdex fi zmien qasir, kif fil-fatt gara. Is-sur Camilleri igħidilna li ftit qabel din il-mawra, s-sur M'Ang. Apap, flimkien ma' oħrajn, ħadem kemm felaħ biex il-Banda ta' L-lscouts u I-Orkestra tal-Azzjoni Kattolika jingħaqdu flimkien. Dan fil-fatt seħħ f’Gunju tal-1939 meta sar ftehim biex il-muziċisti u bandisti jibdew jieħdu sehem fiz-zewg għaqdiet, dejjem imexxija mis-surmast Mikiel Farrugia. Fil-fatt izzanznet uniformi gdida flok dik ta' l-lscouts, maħduma mid-Ditta Grixti tal-Belt Valletta. L-uniformi li kienet tikkonsisti fi glekk u qalziet abjad, papocc abjad ukoll u beritta, izzanznet fil-festa ta' San Giljan.
B'hekk il-pika li kien għad hemm bejn il-Boys Scouts u l-Azzjoni Kattolika spiċċat għal kollox u nistgħu ngħidu li hawn twieldet il-Banda "Victory" tax-Xagħra, u ma baqgħetx tissejjah aktar il-Banda ta' l-iScouts.
|
Avvenimenti Importanti fin-1935 |
Sadattant nhar it-Tlieta, 22 ta' Jannar 1935 inzammat laqgħa mportanti gewwa d-Duke of Ediburgh Hotel f’Victoria. Skond il-minuti ta' din il-laqgħa, l-iskop ewlieni tagħha kien biex jinħolqu Boys Scout Groups oħra f Ghawdex. Din ix-xewqa giet espressa mill-istess Gvernatur ta' Malta, l-Eccellenza Tieghu, Sir David G. M. Campbell billi hu kien ukoll ic-Chief Scout ta' Malta u Għawdex. Hu kellu għajnuna kbira mid-Direttur ta' l-Edukazzjoni, Dr. A. V. Laferla, u mis-sur Roger FarrugiaJi kien il-Kummissarju ghal Għawdex. Mexxa din il-laqgħa l-Kurunell Percy R. Worrall, li barra li kien Kap Kmandant tal-'Kings Own Malta Regiment' kien ukoll 'Island Commissioner' ta' l-lscouts.
Matul il-laqgħa l-Kurunell Worrall spjega lil dawk prezenti f’hiex kien jikkonsisti dan il-movument u kif seta' jkun ta' beneficcju għaz-zagħzagħ Għawdxin. Hu saħaq li l-iscouts kienu jwegħdu fedelta' lil Alla, lir-Re u lil pajjizhom, u li bl-ebda mod ma kienu marbuta ma' xi twemmin politiku. Fl-istess waqt, huma riedu jkunu ħbieb ta' kulħadd. Skond hu, dan il-moviment, li dak inhar kellu zewg miljuni u nofs membri kien qed jagħmel minn kollox sabiex igib 'l quddiem is-saħħa w il-kuntentizza tal-generazzjoni li kienet tielgħa.
Għal din il-laqgħa kienu attendew uħud mill-personaggi l-aktar distinti tal-Gzira Għawdxija. Fost dawn insibu lis-sur J. Borg Cardona u s-sur Erin Serracino Inglott mill-Ufficcju tal- Kummissarja ta' Ghawdex, I-Arcidjaknu Rev.Guzeppi Pace, li wara sar l-lsqof ta' Għawdex, it-tabib Tommaso Cauchi u Dr. Anton Tabone mill-lsptar t’Għawdex. Ma dawn kien hemm prezenti wkoll membri tal-Kleru, kapijiet ta' skejjel u tobba tad-distretti. L-lsqof t’Għawdex, li ma setax jattendi, wera li kien jaqbel ma' din il-proposta u anke bagħat il-barka tiegħu.
ll-Group tal-iScouts tax-Xagħra kien ilu diga jiffunzjona sentejn, u sal-1934 diga kellu l-banda tiegħu. F'din il-laqgħa ta' Jannar 1935, il-Kurunell Worrall kien faħħar ħafna l-ħidma tas-sur Frangisk Camilleri u lil Dun Alwig Attard u lill-Kanonku Dun Vitor Attard għall-ħidma tagħhom ma' l-iScouts. Hu semma wkoll lis-sur Joseph Sultana li kien l-iScout Master tal-Group.
Fis-17 ta' Gunju 1935 il-Boys Scouts tax-Xagħra marru l- lmgarr biex jilqgħu lill-Eċċellenza Tiegħu l-Kardinal M. Enriku Lepicier, li kien gie bħala Delegat tal-Papa Piju XI. Kien gie Għawdex biex ipoggi kuruna ta' ħagar prezjuz fuq ras ix-xbiha tal-Madonna Ta' Pinu. ll-Kav. Dun Julian Refalo Rapa igħidilna li erba' membri tal- Boys Scouts, Roman Buttigieg, Luigi Formosa, Leli Attard u Govanni Borg akkumpanjaw lill-Kardinal billi qagħdu bil-wieqfa fuq l-istaffa tal-karozza ,tnejn quddiem u tnejn wara mit-telgħa tal-Qaċċa sal-Misraħ, waqt li oħrajn saqu quddiem rekbin fuq ir-roti. Meta l-Kardinal wasal fil-misrah tax-Xagħra, xi ħadd oggezzjona għal dawk I-erba' Scouts fuq l-istaffa tal-karozza u kellhom jinzlu. Izda imbagħad ingħaqdu ma' sħabhom fuq ir-roti u nizlu miegħu sa l-Ghar ta' Calypso. (Ara pagna 21 tal-ktieb ‘Ic-Cirklu u Grajjietu 1936-1986’).
L-istess awtur igħidilna li ta' kull sena, fl-1 ta' Jannar, il-Banda ta' iScouts kienet toħrog iddoqq marci ferrieħa mat-toroq tax-Xagħra. Kienet issir ġabra ta' flus ukoll. Billi n-nies kienet tingabar għal din l-okkazzjoni kienet isservi biex it-tfal isibu c-cans jitolbu l-istrina lill-kbar. |
Ix-Xagħra Scouts Football Team |
|
Ix-Xagħra Boys Scouts Group kellu wkoll it-team tiegħu tal-football. Fil-‘Berqa’ tal-31 ta' Ottubru 1936 insibu li fost it-timijiet tal-football li rregistraw mal-Gozo Football Association kien kemm ukoll it-team tax-Xaghra Scouts. Ta’ min ifakkar li fl-10 ta' Mejju 1936, is-Silver Jubilee Ground (illum Gozo Stadium) kien gie inawgurat mill- Gvernatur ta' Malta, Sir Charles Benham Carter u Lady Carter, waqt li kien imbierek mill-lsqof ta' Għawdex, Mons. Mikiel Gonzi. Bir-ragun nghidu li x-Xaghra Scouts F.C. kien minn ta' l-ewwel timijiet tal-football fix-xena lokali.
Fl-ewwel logħba kompetittiva, rapportata fil-Berqa ta' l-Erbgħa, 5.11.1936, insibu li x-Xagħra Scouts kienu megħluba mill-Victoria Stars bl-iskorta' 1-0. Logħba oħra li kellha tintlagħab fit-22 ta' Dicembru kontra Victoria United, ma ntlagħbitx minħabba ncidenti li nqalgħu, fejn 4 players ta' Xaghra Scouts gew sospizi. Sas-sena 1938 il-football fix-Xagħra kien attiv ħafna u fil-Berqa tal-Erbgha 12 ta' April 1939 insibu rapport sħiħ tal-logħba bejn Għ'sielem Rovers u Xagħra Scouts. Kien fl-istagun 1939-1940 li t-team ta' Xaghra Scouts bidel ismu għal Xagħra Blue Stars.
Tul is-snin ta' l-Ewwel Gwerra Dinjija, I- GFA ma organizzatx aktar kampjonati tal-football. Biss ir-Renton Cup (it-tazza tar-rebħ tal-kampjonat) inzammet għand l-lscout Group Leader, is-sur Joseph Sultana, billi x-Xaghra Blue Stars kienu ddikjarati "Champions" tal-football Ghawdxi. Din it-tazza ingħatat lura lill-GFA wara li spiccat il-Gwerra fl-1945. Nistgħu għalhekk liberament ngħidu li l-logħob tal-football organizzat gewwa x-Xagħra kellu il-bidu tiegħu mill-Għaqda ta' l-lscouts.
|
L-Għaqda tal-Boys Scouts fi ħdan ic-Cirklu : 1952 |
|
Din hi siita mill-ktieb 'Ic-Cirklu u Grajjietu 1936-1986' pagna 63.
" Dun Fortunat kien jaf tajjeb bil-pika li eziztiet fir-rahal meta hu kien wieħed mill-ewwel membri tac-Ċirklu, fis-snin tletin, u għalhekk meta gie mitlub sabiex terga' titwaqqaf l-għaqda tal-Boys Scouts fix-Xagħra, ħataf l-okkazzjoni ħalli jwaqqafha hu fi ħdan ic-Ċirklu, u ma jħallix lil xi ħadd ieħor jifforma għaqda indipendenti. B'hekk it-tfal tac-Ċirklu u I-Boys Scouts jibqgħu jirrispettaw lil xulxin, għax ikunu taħt tregija waħda. Fl-24 ta' Lulju I952, giet inawgurata x-Xagħra Boys Scouts, bis-sur Emanuel Attard, għalliem ta' l-iskola bħala li Scout Master tagħha.
L-attivitajiet tal-Boys Scouts gibdu aktar tfal lejn ic-Ċirklu, għax Dun Fortunat impenja ruħu bis-sħiħ sabiex kollox ikun organizzat sew. F'ħafna mill-attivitajiet li l-Boys Scouts kienu jwettqu, kienu jieħdu sehem ukoll fihom dawk it-tfal li ghal xi raguni ma setgħux jidħlu fl-għaqda u b'hekk l-ispirtu ta' pika jew għira ma kienx jezisti. Il-bitha tac-Ċirklu kienet taqdihom f’kollox, għax waslu li anke fiha għamlu jiem ta' camping u logħob kompetittiv."Ta' min isemmi li s-sur Lawrence Camiileri, f’isem l-iscouts, kien attenda għaċ-ċerimonja tal-'Coronation' tar-Regina Elizabbetta ta' l-lngilterra. |
L-iScout Group jerga' jiftaħ gewwa x-Xagħra: 1970s |
Attentat għal-formazzjoni ta' Scout Group ġewwa x-Xagħra sar fis-snin sebgħin. Dan sar bis-saħħa tal-Group Scout Leader, is-sur Vincent Vella, Malti mizzewweg u joqgħod ix-Xagħra. Dan ħajjar grupp ta' voluntiera, fosthom lis-sur J. Refalo Rapa, sabiex jiffurmaw dan il-Group. Fil-fatt ir-Registrazzjoni saret nhar id-19 ta' Frar 1974. L-Arcipriet tax-Xaghra, Mons. Eucharistico Sultana, offra dar bhala kwartieri fejn l-iscouts kienu jistghu jiltaqghu. Jgħinu lis-sur Vella kien hemm is-sur Carmel Agius bhala 'Cub Scout Leader', s-sur Joe V. Camiileri, in-neputi tas-sur Frangisku Camilleri, bħala 'Scout Leader"
Għal-bidu dan il-Group kien jaħdem fil-qrib ħafna mal-Victoria Scout Group u anke marru ‘camping’ flimkien. Mal-medda taz-zmien l-Scouts tax-Xagħra bdew jaqdfu għal rashom u sa bdew jorganizzaw il-kampijiet waħedhom . It-tined u xi apparat ieħor neċessarju kienu gew akkwistati bis-saħħa tar-Royal Air Force. Dawn kienu gew irregalati lil-Group minn Squadron Leader, R.A. Chasemore, f’Dicembru tal-1976. Il-Group dam jiffunzjona sal-1983 meta kellu jzarma , l-aktar minhabba nuqqas ta' 'leaders'. |
Ix-Xagħra Scout Group jerga' jigi riattivat : 2008 |
|
Nhar il-Ħadd, 18 ta' Mejju 2008, is-sur Vincent Vella, flimkien ma' sitt 'Leaders' oħra, ircivew I-investitura bħala Group Scout Leader u Scout Leaders rispettivament fil-prezenza tas-sur Vincent Cassar, Chief Scout ta' Malta u s-Sur Leslie Bonnici bħala Commissioner of Training. Iċ-ċerimonja nzammet fuq iz-zuntier tal-Knisja tax-Xagħra, ezatt wara l-quddiesa tal-ħdax ta' filgħodu, fil-prezenza tal-Victoria Scout Group u l-banda tal-grupp ta' San Gwann Scout. Gew investiti ukoll 4 scouts u 14-il cubs. Dan il-Group rega' beda jiffunzjona bl-inizjattiva kostanti ta' Fr. Jesmond Gauci u wara xhur ta' preparazzjoni b'ħidma kordinata flimkien maż-żgħażugħ Josmar Azzopardi, żgħaħugħ xagħri li wera' ħeġġa u inizjattiva. Ta' min isemmi wkoll il-hidma kbir li saret min Mr. Vincent Vella, GSL, u Mr. Carmel Attard, AGSL, li hadmu wkoll flimkien biex twaqqaf danil-group. Din il-preparazzjoni kinet tikkonsisti fl-laqgħat li kienu jsiru flimkien mal-Victoria Scout Group. Fil-prezent il-laqghat tal-Group qed jinzammu fix-Xaghra Youth Centre u anke fis-sala ta' l-lskola Primarja tax-Xaghra. Ma dan il-group inghaqdu diversi leaders ohra, waqt li il-group ghandu miftuhin 3 sezzjonijiet, il-Beaver Colony (l-ewwel wahda t’Ghawdex), l-Cub Scouts Pack u l-iScout Troop. Il-leaders ta’ dawn is-sezzjonijiet jiffurmaw l-Unit & Crew. Ta’ min isemmi li il-Group prezentament jikkonsisti f’aktar minn 70 membru subien u bniet. |