Welcome!

Thanks for visiting our 3rd Version of our Website. We have just implemented over the transition to Google Sites, so if something is not working correctly please email us at info@xaghrascouts.com
Scout Group‎ > ‎

History

The following article is still being translated in English.

L-istorja ta'l-iScouts fix-Xagħra
Mr. Carmel Attard

II-bidu tal-Moviment tal-Iscouts fix-Xagħra : 1933

 ll-moviment ta' l-iscouts fix-Xagħra jaf il-bidu tiegħu sa mis-sena 1933. Kien propju f’ din s-sena li x-Xagħra rat il-bidu ta' zewg għaqdiet: dik tal-Azzjoni Kattolika , fergħa ta' l-irgiel f’ Jannar u ftit xhur wara, l-Għaqda tal-Boys Scouts, fi żmien Ii Rev. Mawrizju Cauchi kien l-Arcipriet tax-Xagħra.

 Waqt Ii l-ewwel laqgħa tal-Azzjoni Kattolika nżammet nhar il-11 ta' Jannar 1933, dik tax-Xagħra Boys Scouts saret fil-15 t’Ottubru 1933. Sa mis-sena 1932 id-Direttur ta' l-Edukazzjoni ta' dak iż-żmien, Dr.Albert V. Laferla, kien beda jħajjar lis-surmast ta' l-iskola tax-Xagħra, is-sur Frangisk Camilleri, biex iwaqqaf l-Għaqda tal-Boys Scouts fix-Xagħra. Ta' min jgħid Ii din l-Għaqda kienet qed tiġi mwaqqfa f’ħafna bliet u rħula f’Malta u f’Għawdex, u x-Xagħra kienet ser tkun minn ta' l-ewwel irħula Għawdxin Ii kien ser ikollhom Għaqda tal-Boys Scouts.

Dak iż-żmien l-iskola tax-Xagħa kienet fejn illum hemm l-lspigolatrici, fi Triq Għajn Xibla. ls-Surmast Camilleri laqqa' t-tfal u wara Ii nfurmahom dwar il-ħsieb tiegħu Ii jiftaħ l-iScout Group, inkitbu mhux anqas minn 40 tifel, Ii daħlu bħala cubs. Inħietet l-uniformi u hekk beda l-grupp tal-Boys Scouts fix-Xagħra. Waqt Ii l-Group Scout Leader (GSL) kien is-Sur Ġuzeppi Sultana (ta' Lejlina), il-Cub Scout Leader (CSL) kien is-sur Ġamri (John Mary) Vella (tal-Poċċu). Il-Kurunell Ingliż, Percy R. Worrall, Ii kien stazjonat Malta, beda jiġi x-Xagħra kull nhar ta' Ħadd, biex igħallem id-drill lill-iScouts tax-Xagħra. Kien joħodhom ħafna ħarġiet ukoll, anke sa fuq il-Fosos tal-Floriana.

F'dawk is-snin ġo Malta kien hemm il-kwistjoni tal-Lingwa, Ii kienet qasmet lill-poplu Malti fi tnejn. Din il-kwistjoni ħakmet lil Għawdex ukoll, u fil-fatt waqt Ii l-Azzjoni Kattolka kienet favur it-Taljan, dik tal-Boys Scouts kienet favur l-lngliz. Dan għen biex iż-żewg għaqdiet bdew jikkompetu bejniethom min kien l-aktar attiv, kemm f’dawk Ii huma attivitajiet u anke fl-għadd tal-membri.

L-ewwel post fejn kienu jiltaqgħu l-Boys Scouts kienet dar fil-bidu ta' Shaft Street. Wara ftit il-Kunsill tal-Grupp laħaq ftehim biex jibda juża il-bitħa ta' l-iskola tal-gvem Ii issa kienet tinsab fi Triq it-Tiġrija, fejn illum hemm il-flats ta’ Bigeni. Hawn, fil-bitħa, kienu jsiru id-drammi wkoll mill-iScouts. Mill-bidu nett insibu lil Dun Alwiġ Attard u ħuħ il-Kan. Vittorio Attard, it-tnejn Xagħrin, li kienu jaħdmu ħafna fil-Kunsill tal-Grupp. Dun Alwiġ kien missjunarju fl-Algeria u meta rritorna Għawdex, intefa' b' ruħu u ġismu għal ħidma fost iż-żagħ. Kellu dixxiplina kbira u fii-fatt din kienet waħda mir-raġunijiet għaliex għazel li jaħdem ma' l-iscouts.

 Ġuzeppi Sultana (ta' Lejlin) kien l-GSL, jew kif kienu jsejjħulu l-iScout Master tal-Group. Fl-10 ta' Dicembru 1933, il-Kurunell Percy R. Worrall, bħala Island Commisioner ta' l-lscouts, kien ipprezenta l-colours, jew il-bnadar tal-group, lix-Xagħra Boys Scout Group, f’ċerimonja ufficjali, li nżammet fil-pjazza tax-Xagħra. Inċidentalment kien l-istess Kurunell Warrell li għin biex il-Pjazza tax-Xagħra tigi asfaltata għax kienet għadha torba. Is-sur Gigi Rapa qalilna li skont is-sur Mikieli Refalo dan l-istess Kurunell tant kien ħa ġrazzja ma' l-iscouts tax-Xagħra, li kien offra li jew igib d-dawl elettriku fix-Xagħra jew il-pjazza tax-Xagħra tinkesa bl-asfalt. L-għazIa kienet dik tat-tieni u r-raġuni kienet biex ma jibqax jidħol trab izjed ġol-knisja. Dan gara fil-1935. Ftit wara, l-iScout Master, s-sur Joseph Sultana kien diġa siefer bħala scout, għall-Jamboree ta' l-Ungerija, u aktarx li hu kien l-ewwel scout Għawdxi li attenda ghal Jamboree. Fil-fatt l-eredi tiegħu għad għandhom bastun li kien ġab miegħu milI-Ungerija, bħala tifkira. Mill-Algerija Dun Alwiġ gab miegħu film projector 'Pathe Baby 9.5 mm.' u anke ħafna films dwar Charlie Chaplin, Rin Tin Tin, Cowboys u anke dokumentarji, bħal l-lsbroff tal-Vulkan Etna fuq Catania, il-funeral ta' George Clemenceau, politiku kbir Franciz. Kellu wkoll films dwar stejjer mill-Bibbja bħal Ġuzeppi Bin Ġakobb, il-Passjoni ta' Kristu u ħafna oħrajn. Dan il-projector kellu mradd (handle) biex bih idawwar ġeneratur zgħir u bih imexxi wkoll l-mekkaniżmu tal-films li kienu jintwerew, kollha lill-iScouts. Dan fil-fatt kien ta' attrazzjoni kbira anke għall-kbar, meta wieħed iqis li ġox-Xagħra ma kienx għad hawn dawl elettriku. Dun Alwiġ kellu reddiena fuq il-bejt tad-dar tiegħu u din kienet iddawwar ġenerator zgħir li kien jista' jixgħel ftit bozoz fid-dar.

Dak iż-żmien ukoll, ġewwa Għajnsielem, kien hemm Fr. Bernard Hersey, patri ta' Ġiezu li kien iservi fil-Kunvent ta' Sant Antnin f’Għajnsielem, li kien beda jaħdem biex iwaqqaf l-Għajnsielem Sea Scouts. Fil-fatt kien fetaħ il-grupp f’numru 10, Fawwara Street. Sa kemm Fr. Hersey gie biex jitlaq minn Ghawdex fl-1939, x'aktarx li hu kien id-Direttur Spiritwali tal-iScouts. Ta' min jgħid li l-iScouts kienu jilbsu qalziet qasir u ma tantx kienet ħaġa li tinżel tajjeb wisq għal xi qassisin. Kien zmien ieħor! Fr. Bernard kien igħallem lill-iscouts ikantaw għanjiet sbieħ, bħal “The Swannie River” ta' Stephen Foster u kienu jinżammu f’allegrija, specjalment fil-kamp. Kien jinteressa ruħu fl-iScouts kollha u mhux anqas f’dawk tax-Xagħra. Fil-fatt is-sur Joseph Camilleri jgħidilna li ħuh Patri Ġiġi Camilleri SJ., li kien wieħed mill-ewwel scouts, kien igħallmu jkanta dawn l-għanjiet melodiċi.


   
Il-Banda ta' l-iScouts
Barra in-numru kbir ta membri li kellu, ix-Xagħra Boys Scouts Group seta' jiftaħar li kien l-ewwel Grupp ta' Scouts f Ghawdex, li kellu l-banda tiegħu. Din il-Banda, li kienet numeruza mhux hazin, inħolqot ukoll bl-inizjattiva tas-Sur Frangisk Carniileri u ta' Dr. A. V. Laferla, id-Direttur ta' l-Edukazzjoni. Infatti kien Dr. Laferla li kien sab sett ta' strumenti muzikali 'second hand' u l-prezz mitlub għalihom kien ta'
ħa
msa u għoxrin lira. Aktarx li din is-somma ħallas għaliha wieħed minn dawn it-tnejn. Din kienet tissejjah il- Banda Ta' I-Iscouts u twaqqfet fl-1934. L-istrumenti kienu tar-ram, klarinett u percussion (katuba, plattini u tanbur). Dawn kollha jidhru f ritratti ta' dawk iz-zmenijiet. Dan l-lscout Group Band ma kienx 'Percussion Band' imma 'Brass Band'. ls-surmast ta' din il-banda kien Mikiel Farrueia maghruf bħala 'tas-Seba' Soldi', minn Victoria, li aċċetta mill-ewwel meta gie avvicinat biex iwaqqaf Banda ta' l-lscouts. Mikiel Farrugia kien mizzewweg lil Marija, li kienet tigi oħt is-surmast Ganni Vella (ukoll minn Victoria), li kien gie avvicinat biex imexxi l-orkestra ‘San Gwann Bosco’, fi ħdan l-Azzjoni Kattolika tax-Xagħra. Ta' min isemmi, li minħabba l-pika kbira li kienet tezisti bejn l-Azzjoni Kattolika ux-Xaghra Boys Scouts, ftit xhur wara li twaqqfet il-Banda ta' l-lscouts, kienet giet imwaqqqfa Orkestra fi ħdan l-Azzjoni Kattolika. Il-Banda kienet popolari ħafna u ta' sikwit kienet tkun mistiedna tagħti servizzi fil-festi mhux biss f’Għawdex imma wkoll f’Malta. FI-1936 din il-Banda marret iddoqq fil-festa f’Tas-Sliema - Stella Maris u fl-1939 marret f’San Giljan. Kif għidna
qabel, il-Banda ta' l-lscouts tax-Xaghra kienet ħadet sehem fil-festa ta' San Giljan f’Awissu 1939. Is-sur Guzeppi Camilleri igħidilna li kien mar ma' missieru fuq il-vapur ‘Gollie’ sal-port ta' San Giljan. Jgħidilna wkoll li waqt il-vjagg lura lejn Għawdex, kulħadd kien jitkellem fuq il-gwerra li kienet ser tfaqqa fuq Malta u Għawdex fi zmien qasir, kif fil-fatt gara. Is-sur Camilleri igħidilna li ftit qabel din il-mawra, s-sur M'Ang. Apap, flimkien ma' oħrajn, ħadem kemm felaħ biex il-Banda ta' L-lscouts u I-Orkestra tal-Azzjoni Kattolika jingħaqdu flimkien. Dan fil-fatt seħħ f’Gunju tal-1939 meta sar ftehim biex il-muziċisti u bandisti jibdew jieħdu sehem fiz-zewg għaqdiet, dejjem imexxija mis-surmast Mikiel Farrugia. Fil-fatt izzanznet uniformi gdida flok dik ta' l-lscouts, maħduma mid-Ditta Grixti tal-Belt Valletta. L-uniformi li kienet tikkonsisti fi glekk u qalziet abjad, papocc abjad ukoll u beritta, izzanznet fil-festa ta' San Giljan. B'hekk il-pika li kien għad hemm bejn il-Boys Scouts u l-Azzjoni Kattolika spiċċat għal kollox u nistgħu ngħidu li hawn twieldet il-Banda "Victory" tax-Xagħra, u ma baqgħetx tissejjah aktar il-Banda ta' l-iScouts.

Avvenimenti Importanti fin-1935
Sadattant nhar it-Tlieta, 22 ta' Jannar 1935 inzammat laqgħa mportanti gewwa d-Duke of Ediburgh Hotel f’Victoria. Skond il-minuti ta' din il-laqgħa, l-iskop ewlieni tagħha kien biex jinħolqu
Boys
 Scout Groups oħra f Ghawdex. Din ix-xewqa giet espressa mill-istess Gvernatur ta' Malta, l-Eccellenza Tieghu, Sir David G. M. Campbell billi hu kien ukoll ic-Chief Scout ta' Malta u Għawdex. Hu kellu għajnuna kbira mid-Direttur ta' l-Edukazzjoni, Dr. A. V. Laferla, u mis-sur Roger FarrugiaJi kien il-Kummissarju ghal Għawdex. Mexxa din il-laqgħa l-Kurunell Percy R. Worrall, li barra li kien Kap Kmandant tal-'Kings Own Malta Regiment' kien ukoll 'Island Commissioner' ta' l-lscouts. Matul il-laqgħa l-Kurunell Worrall spjega lil dawk prezenti f’hiex kien jikkonsisti dan il-movument u kif seta' jkun ta' beneficcju għaz-zagħzagħ Għawdxin. Hu saħaq li l-iscouts kienu jwegħdu fedelta' lil Alla, lir-Re u lil pajjizhom, u li bl-ebda mod ma kienu marbuta ma' xi twemmin politiku. Fl-istess waqt, huma riedu jkunu ħbieb ta' kulħadd. Skond hu, dan il-moviment, li dak inhar kellu zewg miljuni u nofs membri kien qed jagħmel minn kollox sabiex igib 'l quddiem is-saħħa w il-kuntentizza tal-generazzjoni li kienet tielgħa. Għal din il-laqgħa kienu attendew uħud mill-personaggi l-aktar distinti tal-Gzira Għawdxija. Fost dawn insibu lis-sur J. Borg Cardona u s-sur Erin Serracino Inglott mill-Ufficcju tal- Kummissarja ta' Ghawdex, I-Arcidjaknu Rev.Guzeppi Pace, li wara sar l-lsqof ta' Għawdex, it-tabib Tommaso Cauchi u Dr. Anton Tabone mill-lsptar t’Għawdex. Ma dawn kien hemm prezenti wkoll membri tal-Kleru, kapijiet ta' skejjel u tobba tad-distretti. L-lsqof t’Għawdex, li ma setax jattendi, wera li kien jaqbel ma' din il-proposta u anke bagħat il-barka tiegħu. ll-Group tal-iScouts tax-Xagħra kien ilu diga jiffunzjona sentejn, u sal-1934 diga kellu l-banda tiegħu. F'din il-laqgħa ta' Jannar 1935, il-Kurunell Worrall kien faħħar ħafna l-ħidma tas-sur Frangisk Camilleri u lil Dun Alwig Attard u lill-Kanonku Dun Vitor Attard għall-ħidma tagħhom ma' l-iScouts. Hu semma wkoll lis-sur Joseph Sultana li kien l-iScout Master tal-Group. Fis-17 ta' Gunju 1935 il-Boys Scouts tax-Xagħra marru
l-
lmgarr biex jilqgħu lill-Eċċellenza Tiegħu l-Kardinal M. Enriku Lepicier, li kien gie bħala Delegat tal-Papa Piju XI. Kien gie Għawdex biex ipoggi kuruna ta' ħagar prezjuz fuq ras ix-xbiha tal-Madonna Ta' Pinu. ll-Kav. Dun Julian Refalo Rapa igħidilna li erba' membri tal- Boys Scouts, Roman Buttigieg, Luigi Formosa, Leli Attard u Govanni Borg akkumpanjaw lill-Kardinal billi qagħdu bil-wieqfa fuq l-istaffa tal-karozza ,tnejn quddiem u tnejn wara mit-telgħa tal-Qaċċa sal-Misraħ, waqt li oħrajn saqu quddiem rekbin fuq ir-roti. Meta l-Kardinal wasal fil-misrah tax-Xagħra, xi ħadd oggezzjona għal dawk I-erba' Scouts fuq l-istaffa tal-karozza u kellhom jinzlu. Izda imbagħad ingħaqdu ma' sħabhom fuq ir-roti u nizlu miegħu sa l-Ghar ta' Calypso. (Ara pagna 21 tal-ktieb ‘Ic-Cirklu u Grajjietu 1936-1986’). L-istess awtur igħidilna li ta' kull sena, fl-1 ta' Jannar, il-Banda ta' iScouts kienet toħrog iddoqq marci ferrieħa mat-toroq tax-Xagħra. Kienet issir ġabra ta' flus ukoll. Billi n-nies kienet tingabar għal din l-okkazzjoni kienet isservi biex it-tfal isibu c-cans jitolbu l-istrina lill-kbar.

Ix-Xagħra Scouts Football Team
Ix-Xagħra Boys Scouts Group kellu wkoll it-team tiegħu tal-football. Fil-‘Berqa’ tal-31 ta' Ottubru 1936 insibu li fost it-timijiet tal-football li rregistraw mal-Gozo Football Association kien kemm ukoll it-team tax-Xaghra Scouts. Ta’ min ifakkar li fl-10 ta' Mejju 1936, is-Silver Jubilee Ground (illum Gozo Stadium) kien gie inawgurat mill- Gvernatur ta' Malta, Sir Charles Benham Carter u Lady Carter, waqt li kien imbierek mill-lsqof ta' Għawdex, Mons. Mikiel Gonzi. Bir-ragun nghidu li x-Xaghra Scouts F.C. kien minn ta' l-ewwel timijiet tal-football fix-xena lokali. Fl-ewwel logħba kompetittiva, rapportata fil-Berqa ta' l-Erbgħa, 5.11.1936, insibu li x-Xagħra Scouts kienu megħluba mill-Victoria Stars bl-iskorta' 1-0. Logħba oħra li kellha tintlagħab fit-22 ta' Dicembru kontra Victoria United, ma ntlagħbitx minħabba ncidenti li nqalgħu, fejn 4 players ta' Xaghra Scouts gew sospizi. Sas-sena 1938 il-football fix-Xagħra kien attiv ħafna u fil-Berqa tal-Erbgha 12 ta' April 1939 insibu rapport sħiħ tal-logħba bejn Għ'sielem Rovers u Xagħra Scouts. Kien fl-istagun 1939-1940 li t-team ta' Xaghra Scouts bidel ismu għal Xagħra Blue Stars. Tul is-snin ta' l-Ewwel Gwerra Dinjija, I- GFA ma organizzatx aktar kampjonati tal-football. Biss ir-Renton Cup (it-tazza tar-rebħ tal-kampjonat) inzammet għand l-lscout Group Leader, is-sur Joseph Sultana, billi x-Xaghra Blue Stars kienu ddikjarati "Champions" tal-football Ghawdxi. Din it-tazza ingħatat lura lill-GFA wara li spiccat il-Gwerra fl-1945. Nistgħu għalhekk liberament ngħidu li l-logħob tal-football organizzat gewwa x-Xagħra kellu il-bidu tiegħu mill-Għaqda ta' l-lscouts.

L-Għaqda tal-Boys Scouts fi ħdan ic-Cirklu : 1952
Din hi siita mill-ktieb 'Ic-Cirklu u Grajjietu 1936-1986' pagna 63. " Dun Fortunat kien jaf tajjeb bil-pika li eziztiet fir-rahal meta hu kien wieħed mill-ewwel membri tac-Ċirklu, fis-snin tletin, u għalhekk meta gie mitlub sabiex terga' titwaqqaf l-għaqda tal-Boys Scouts fix-Xagħra,
ħataf l-okkazzjoni ħalli
 jwaqqafha hu fi ħdan ic-Ċirklu, u ma jħallix lil xi ħadd ieħor jifforma għaqda indipendenti. B'hekk it-tfal tac-Ċirklu u I-Boys Scouts jibqgħu jirrispettaw lil xulxin, għax ikunu taħt tregija waħda. Fl-24 ta' Lulju I952, giet inawgurata x-Xagħra Boys Scouts, bis-sur Emanuel Attard, għalliem ta' l-iskola bħala li Scout Master tagħha. L-attivitajiet tal-Boys Scouts gibdu aktar tfal lejn ic-Ċirklu, għax Dun Fortunat impenja ruħu bis-sħiħ sabiex kollox ikun organizzat sew. F'ħafna mill-attivitajiet li l-Boys Scouts kienu jwettqu, kienu jieħdu sehem ukoll fihom dawk it-tfal li ghal xi raguni ma setgħux jidħlu fl-għaqda u b'hekk l-ispirtu ta' pika jew għira ma kienx jezisti. Il-bitha tac-Ċirklu kienet taqdihom f’kollox, għax waslu li anke fiha għamlu jiem ta' camping u logħob kompetittiv."

Ta' min isemmi li s-sur Lawrence Camiileri, f’isem l-iscouts, kien attenda għaċ-ċerimonja tal-'Coronation' tar-Regina Elizabbetta ta' l-lngilterra.

L-iScout Group jerga' jiftaħ gewwa x-Xagħra: 1970s
Attentat għal-formazzjoni ta' Scout Group ġewwa x-Xagħra sar fis-snin sebgħin. Dan sar bis-saħħa tal-Group Scout Leader, is-sur Vincent Vella, Malti mizzewweg u joqgħod ix-Xagħra. 
Dan ħajjar grupp ta' voluntiera, fosthom lis-sur J. Refalo Rapa, sabiex jiffurmaw dan il-Group. Fil-fatt ir-Registrazzjoni saret nhar id-19 ta' Frar 1974. L-Arcipriet tax-Xaghra, Mons. Eucharistico Sultana, offra dar bhala kwartieri fejn l-iscouts kienu jistghu jiltaqghu. Jgħinu lis-sur Vella kien hemm is-sur Carmel Agius bhala 'Cub Scout Leader', s-sur Joe V. Camiileri, in-neputi tas-sur Frangisku Camilleri, bħala 'Scout Leader" Għal-bidu dan il-Group kien jaħdem fil-qrib ħafna mal-Victoria Scout Group u anke marru ‘camping’ flimkien. Mal-medda taz-zmien l-Scouts tax-Xagħra bdew jaqdfu għal rashom u sa bdew jorganizzaw il-kampijiet waħedhom. It-tined u xi apparat ieħor neċessarju kienu gew akkwistati bis-saħħa tar-Royal Air Force. Dawn kienu gew irregalati lil-Group minn Squadron Leader, R.A. Chasemore, f’Dicembru tal-1976. Il-Group dam jiffunzjona sal-1983 meta kellu jzarma , l-aktar minhabba nuqqas ta' 'leaders'.

Ix-Xagħra Scout Group jerga' jigi riattivat : 2008

Nhar il-Ħadd, 18 ta' Mejju 2008, is-sur Vincent Vella, flimkien ma' sitt 'Leaders' oħra, ircivew I-investitura bħala Group Scout Leader u Scout Leaders rispettivament fil-prezenza tas-sur Vincent Cassar, Chief Scout ta' Malta u s-Sur Leslie Bonnici bħala Commissioner of Training. Iċ-ċerimonja nzammet fuq iz-zuntier tal-Knisja tax-Xagħra, ezatt wara l-quddiesa tal-ħdax ta' filgħodu, fil-prezenza tal-Victoria Scout Group u l-banda tal-grupp ta' San Gwann Scout. Gew investiti ukoll 4 scouts u 14-il cubs. Dan il-Group rega' beda jiffunzjona bl-inizjattiva kostanti ta' Fr. Jesmond Gauci u wara xhur ta' preparazzjoni b'ħidma kordinata flimkien maż-żgħażugħ Josmar Azzopardi, żgħaħugħ xagħri li wera' ħeġġa u inizjattiva. Ta' min isemmi wkoll il-hidma kbir li saret min Mr. Vincent Vella, GSL, u Mr. Carmel Attard, AGSL, li hadmu wkoll flimkien biex twaqqaf danil-group. Din il-preparazzjoni kinet tikkonsisti fl-laqgħat li kienu jsiru flimkien mal-Victoria Scout Group. Fil-prezent il-laqghat tal-Group qed jinzammu fix-Xaghra Youth Centre u anke fis-sala ta' l-lskola Primarja tax-Xaghra. Ma dan il-group inghaqdu diversi leaders ohra, waqt li il-group ghandu miftuhin 3 sezzjonijiet, il-Beaver Colony (l-ewwel wahda t’Ghawdex), l-Cub Scouts Pack u l-iScout Troop. Il-leaders ta’ dawn is-sezzjonijiet jiffurmaw l-Unit & Crew. Ta’ min isemmi li il-Group prezentament jikkonsisti f’aktar minn 70 membru subien u bniet.